Bbażat f’Londra Euro Optics UK Ltd huwa wieħed mill-akbar importatur, aġent u distributur tan-nuċċalijiet fir-Renju Unit. B’aktar minn 30 sena esperjenza fin-nuċċalijiet tax-xemx, nuċċalijiet tal-vista, frejms tan-nuċċalijiet u aċċessorji fis-suq Ewropej. Aħna nissuplixxu lil aġenti, ħwienet indipendenti u katini ta’ ħwienet. Jekk għandek bżonn xi prodotti minn dawn, Euro optics huwa l-post għal bżonnijiet kollha tiegħek fejn jidħlu n-nuċċalijiet. Aħna nesportaw lejn l-Ewropa kollha, allura jekk tgħix f’Malta u toqgħod Birkirkara, Ħal Qormi jew anke l-Mosta, aħna nistgħu nirranġaw u nibgħatulek il-prodott. Tista’ssib l-prezzijiet sabiex jitwassalek il-prodott fuq il-paġna tal-informazzjoni tad-delivery. Bħala aġent, importatur u distributur fis-suq tan-nuċċalijiet, kull sena Euro Optics iniedi mijiet ta’ stili ġodda konformi ma’ l-aħħar moda. Aħna jkollna mudelli li jixirqu lil dawk li jħobbu jimxu mal-moda kif ukoll lil dawk iktar konservattivi. Żgur li ser issib għażla ta’ stili differenti li jixirqu lin-nies ta’ kull eta’. Flimkien ma’ prodotti mhux tad-ditta, Euro Optics ipproduċiet linja speċjaliżata tan-nuċċalijiet, li matul is-snin saret magħrufa għall-aħħar moda u ta’ l-ogħla kwalita’ għas-suq b’baġit baxx. Dawn jinkludu Berkley & Son Frejms, Nuċċalijiet Level One, Femme By Level One Eyewear, Lounge Eyewear, Nuċċalijiet tat-tfal Dudes & Dudettes. In-nuċċalijiet tax-xemx kollha tagħna huma magħmula bl-istandard Ewropej CE, bi protezzjoni 400 ta’100% UV fuq il-lenti. Nuċċalijiet tal-moda għall-qari qed isiru aktar popolari u l-istili ġodda tagħna li jitniedu kull sena qed isiru ta’ suċċess kbir mal-klijenti tagħna. Bħala bejjiegħ huwa ż-żmien opportun biex tibda tbiegħ nuċċalijiet tal-aħħar moda. Biex ngħinuk turi in-nuċċalijiet, inti tista’ tagħżel minn varjeta’ ta’ stands, cases, pawċis etċ. Euro Optics Uk Ltd tiftaħar li toffri l-istess standard għoli ta’ servizz lill-konsumaturi kollha, jonfqu kemm jonfqu. Il-paġni li fadal f’din il-websajt huma bl-Ingliż, iżda tista’ tagħmel traduzzjoni għal lingwa tiegħek billi tuża’ Google language toolbar fil-paġna tal-home. Sempliċiment, għażel il-lingwa preferita tiegħek u l-paġni kollha tal-websajt jiġu jidru f’dik il-lingwa. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew diffikultajiet, nistgħu nwieġbuk billi timla l-formola fuq il-paġna Ikkuntatjana. |